From Islam to Christianity: the Case of Sicily

Dalli, Charles (2006) From Islam to Christianity: the Case of Sicily. In: Religion, ritual and mythology: aspects of identity formation in Europe. Religious and philosophical concepts: thematic work group. 3 (1). Plus, Pisa, pp. 151-169. ISBN 88-8492-404-9

[thumbnail of RM-Dalli-Identityformation.pdf]
Preview
Text
RM-Dalli-Identityformation.pdf - Published Version

Download (931kB) | Preview

Abstract

MALTI: L-istorja ta' Sqallija mis-seklu disgħa sas-seklu tnax intisġet madwar sensiela ta' ġrajjiet li bidlulha darba għal dejjem il-karattru tagħha. Sakemm ħakmu l-gżira minn idejn il-Biżantini, l-Għarab damu mis-sena 827 sas-sena 902. Il-kontroll ta' l-ikbar gżira Mediterranja tahom is-setgħa li jikkolonizzawha, u dan wassal sabiex l-ilsien, it-twemmin u l-kultura tad-dinja Għarbija rabbew l-għeruq bis-saħħa tal-klassi ġdida mexxejja u ta' parti mdaqqsa mill-popolazzjoni li waslet hekk kif il-gżira saret parti minn Dar l-Islam. Madankollu, fi Sqallija tas-seklu ħdax kien għadhom jgħixu eluf ta' nsara Griegi, kif ukoll għadd imdaqqas ta' Lhud. Il-ħakma Normanna ta' Sqallija ġabet magħha bidla kbira fil-ġerarkija politika u soċjali tal-pajjiż. Minn tmiem is-seklu ħdax il-gżira ssieħbet ma' l-Ewropa Latina, u dan nissel tibdil mill-qiegħ fl-istrutturi tal-ħajja u fl-identitajiet individwali u kollettivi ta' sa differenti. Fis-seklu tnax Sqallija kellha sehem ewlieni fit-tfassil tas-Saltna Normanna, u l-belt ewlenija tagħha, Palermo, nbidlet minn metropoli Gharbija f'belt kapitali rjali. Dan l-istudju qasir jifli l-iżviluppi li seħħew taħt in-Normanni, u jingħaqad ma’ storiċi ta' żmienna li leħħnu dubji dwar il-kwadru pożittiv ta' tolleranza reliġjuża u etnika fl-istorjograja tradizzjonali ta' Sqallija minn Ruġġieru II sa Federiku II. Minflok, qegħdin joħorġu iżjed ċari t-tensjonijiet u l-firdiet bejn komunitajiet differenti Sqallin skond twemmin reliġjuż u nisel etniku. Sa nofs is-seklu tlettax, il-popolazzjoni Musulmana ta' Sqallija kienet għebet għal kollox, bl-aħħar ftit eluf itturufnati fil-belt ta' Lucera; fil-waqt li l-kultura nisranija Griega ġiet imwarrba, u l-Għarbi baqa' mitkellem biss mill-minoranza Lhudija, flimkien man-nies ta' Malta, Għawdex u Pantellerija. L-iSqalli ta' tmiem is-seklu tlettax ftit li xejn kellu x'jaqsam ma' l-imgħoddi Għarbi tal-gżira, bħallikieku l-istorja ta' Sqallija bdiet fl-1091.

Item Type: Book Section
Additional Information: Testo disponibile anche a: <http://www.cliohres.net/books/books.php?book=3> e <http://malta.academia.edu/CharlesDalli/Papers>.
Subjects: D History General and Old World > D History (General) > D111 Medieval History
Depositing User: dr Vincenzo De Luise
Date Deposited: 23 Oct 2014 10:22
Last Modified: 21 Nov 2014 10:37
URI: http://www.rmoa.unina.it/id/eprint/554

Downloads

Downloads per month over past year

Actions (login required)

View Item View Item